What Should You Expect From This Lesson?

F’din il-lezzjoni se neżaminaw kif titkejjel ix-xita u l-proċessi differenti li bihom tifforma ix-xita. Se naraw kif isseħħ ix-xita ċiklonika (cyclonic rainfall), xita konvezzjonali (convectional rainfall) u xita orografika (relief rainfall).

How To Carry Out This Lesson At Home:

Ara dan il-video dwar kif titkejjel ix-xita bil-pluvjometru (rain-gauge).

Issa ikteb x’jissejjaħ il proċess li bih:

i. ix xemx tixrob l-ilma mill-għadajjar, l-oċeani u l-ibħra.
ii. il-fwar jinbidel fi qtar żgħir tal-ilma, u jsir sħab.
iii. il-qtar tal-ilma jinżel lura fuq l-art.

• Agħmel disinn ta’ pluvjometru bħal dak li rajt fil-video. Immarka d-disinn bit-tagħrif mogħti hawn taħt.

Ċilindru tal-plastik jew tal-ħadid; lembut; ċilindru tal-ħġieġ immarkat bil-millimetri.

• Fejn taħseb li għandna npoġġu l-pluvjometru biex jagħtina kejl preċiż?

Aqra paġni 22 sa 25 tal-ktieb id-Dinja Darna 3 biex tikseb ftit tagħrif dwar il-proċessi differenti li permezz tagħhom tifforma x-xita.
Issa għamel kopja tat-tliet disinji mogħtija fir-riżorsi ta’ din il-lezzjoni. Kull disinn juri mod differenti ta’ kif tagħmel ix-xita.

• Illejbilja kull disinn sewwa;
• Spjega x’qed jiġri f’kull proċess u l-kondizzjonijiet meħtieġa biex kull proċess iseħħ.

Fil-lezzjoni li jmiss se nitgħallmu fid-dettall dwar ix-xita orografika, ix-xita konvezzjonali u x-xita ċiklonika.