

Lorna Darmanin

April 27, 2020

8:33 am
This Lesson Was Contributed By:
Lorna Darmanin
This Lesson is For:
Lesson Duration:
60 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
Illum se nitgħallem dwar kif inkejjel ix-xita, it-temperatura u r-riħ permezz ta' strumenti tradizzjonali tat-temp. Se nitgħallem nagħraf dawn l-istrumenti u nagħti ftit tagħrif dwarhom. Se nkun kapaċi nissuġġerixxi postijiet fejn l-aħjar jitpoġġew dawn l-istrumenti u nagħti raġunijiet għall-għażla tiegħi.
How To Carry Out This Lesson At Home:
Ara dan il-video qasir bħala ntroduzzjoni għal-lezzjoni tal-lum.
Għalkemm illum il-ġurnata qed nużaw strumenti diġitali, tajjeb inkunu nafu ftit dwar strumenti tradizzjonali. Dawn l-istrumenti jinżammu fl-Uffiċju Meterjoloġiku li jinsab ġewwa Ħal Luqa. Permess tagħhom, flimkien ma’ għodod atar moderni bħal satelliti tat-temp u radar tat-temp, inkunu nistgħu infasslu rapport u tbassir tat-temp. It-tbassir tat-temp huwa mportanti ħafna sabiex jgħinna nippjanaw il-ġranet tagħna kemm hawn Malta kif ukoll meta nsiefru għal xi btala barra minn xtutna.
Issa ara dan il-video bil-Malti biex tkompli tifhem aktar.
Fil-video rajna erba’ strumenti partikolari: it-termometru, il-pluvjometru, il-pinnur u l-anemometru. Nixtieqek tagħmel ftit riċerka għal strumenti oħra li jintużaw biex isir ir-rapport u t-tbassir tat-temp. Tista’ żżid stampi u nformazzjoni qasira dwar kull wieħed minnhom. Kont taf li kull pajjiż jaqsam l-informazzjoni dwar it-temp ma’ pajjiżi oħra sabiex ikollna stampa usa? Għalfejn taħseb li dan huwa mportanti speċjalment għal gżira żgħira bħal tagħna?
Issa nixtieqek taħdem il-karti tat-taħriġ li hawn anness ma’ din il-lezzjoni.
Wara li taħdmu tista’ tara t-tweġibiet u tkun taf kif mort.