

Maria Vella

April 24, 2020

10:11 pm
This Lesson Was Contributed By:
Maria Vella
This Lesson is For:
Lesson Duration:
40 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
F'din il-lezzjoni ser naraw x'inhi l-Bibbja, liema hu t-taqsim li nsibu fiha u b'liema lingwi ġiet miktuba.
How To Carry Out This Lesson At Home:
1. Ibda billi saqsi lilek innifsek: X’inhi l-Bibbja? X’insibu fil-Bibbja?
Biex tgħinek twieġeb dawn il-mistoqsijiet tista’ tara dan il-klipp li jismu What is the Bible?
2. Kompli aqra din:
Il-Bibbja hija l-ktieb-gwida tagħna l-Insara, għax fiha nsibu l-messaġġ ta’ mħabba u salvazzjoni li jrid jagħtina Alla. Il-Bibbja nistgħu ngħidu li hija librerija ta’ kotba (stampa) għax hi ġabra ta’ 73 ktieb li hi maqsuma f’żewġ taqsimiet li huma t-Testment il-Ġdid u t-Testment il-Qadim.(ara l-istampa li turik dan) Il-lingwi oriġinali li bihom inkitbet il-Bibbja huma l-Lhudi (issa ara l-istampa tal-kitba bil-lingwa Lhudija)li bih inkiteb it-Testment il-Qadim u l-Grieg (issa ara l-istampa tal-lingwa bil-kitba Griega) li bih inkiteb it-Testment il-Ġdid. Kien il-Professur Pietru Pawl Saydon li ttraduċa l-Bibbja kollha mil-lingwi oriġinali għall-Malti bejn l-1929 u 1959. Iva dam tletin sena! Mhux faċli tittraduċi għall-Malti, dawk il-kotba kollha mill-Lhudi u mill-Grieg!
3. Biex tifhem aħjar dan kollu aqra paġna 78 mill-ktieb l-Avventura ta’ Ħajti https://katekezi.org/wp-content/uploads/2016/02/4-L-Avventura-Kap-4.pdf
4. Ser nitkellmu issa dwar it-Taqsimiet differenti li nsibu fil-Bibbja. Ara l-handout bl-isem Taqsim fil-Bibbja biex tkun tista tifhem aħjar.
Kull Taqsima terġa tinqasam f’erba’ taqsimiet iżgħar. Issa ara paġna 79 mill-ktieb l-Avventura ta’ ħajti https://katekezi.org/wp-content/uploads/2016/02/4-L-Avventura-
Kap-4.pdf
5. Kull taqsima fiha numru ta’ kotba. Dawn huma l-kotba tat-Testment il-Qadim. Ara l-klipp. https://www.youtube.com/watch?v=5piOhn0nt0A
U dawn huma l-kotba tat-Testment il-Ġdid https://www.youtube.com/watch?v=vn3h0i6vkR8
6. Biex tirrevedi dak li tgħallimt f’din il-lezzjoni aħdem l-Eżerċizzji.