What Should You Expect From This Lesson?

It-tfal se jitgħallmu xi qwiel sabiex ikunu jistgħu jużawhom fix-xogħol tal-kitba tagħhom.

How To Carry Out This Lesson At Home:

1. Ipprintja l-preżentazzjoni bl-isem Preżentazzjoni tal-Qwiel għal kull student.
2. Qassam kopja lil kulħadd.
3. Ikklikkja r-riżorsa bl-isem Il-Qwiel fi Stejjer.
4. Qabbad lil xi ħadd jaqra l-ewwel qawl spjegat f’kuntest ta’ storja.
5. Iddiskutih mat-tfal u staqsihom għal sitwazzjonijiet oħra fejn jistgħu jużaw dan il-qawl.
6. Agħmel l-istess għall-qwiel l-oħra.
7. Ikklikkja l-preżentazzjoni bl-isem Agħżel il-qawl it-tajjeb u ssir din l-attività fejn it-tfal se jaraw iktar sitwazzjonijiet fejn jistgħu jużaw il-qwiel magħżula billi jagħżlu l-qawl it-tajjeb.
8. Ikklikkja l-preżentazzjoni bl-isem Sib il-kelma nieqsa fejn permezz ta’ din il-preżentazzjoni interattiva t-tfal se jkomplu jitħarrġu f’dawn il-qwiel magħżula billi jagħżlu l-kelma nieqsa.
Bħala għalliem tista’ tipprintja dawn il-qwiel u twaħħalhom madwar il-ħitan tal-klassi sabiex it-tfal isiru aktar familjari magħhom.

Ikklikkja hawn biex tara dawn ir-riżorsi.
Għal aktar riżorsi żur: malti.skola.edu.mt

Leave a Comment