

Maria Vella

April 28, 2020

4:31 pm
This Lesson Was Contributed By:
Maria Vella
This Lesson is For:
Lesson Duration:
40 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
Permezz tal-ħajja ta’ San Ġwanni Pawlu 2, li kien bniedem ta' fidi kbira, nitgħallem nikber fil-virtù Kristjana tal-maħfra u nara l-bżonn li jien ukoll bħala Nisrani/ja jeħtieġ li ngħix din il-virtù fuq l-eżempju ta' Ġesù.
How To Carry Out This Lesson At Home:
1. Ibda billi tistaqsi lilek innifsek: X’ifisser taħfer?
Possibli taħfer?
Qatt ħfirt lil xi ħadd?
Ħassejt aħjar meta ħfirt jew le?
2. Aqra din:
Li taħfer ifisser li għalkemm weġġajt bl-azzjoni jew kliem li ntqal lilek, inti tkun kapaċi li tibqa taġixxi ma’ dik il-persuna b’mod normali.
3. Jekk tħares ftit lejn il-ħajja tiegħek, tinduna li kienu ħafna dawk id-drabi li int ħfirt lil xi ħadd. Xi drabi ma kienx daqshekk diffiċli, drabi oħra aktar diffiċli. Staqsi ftit:Imma dan hu possibli? Possibli taħfer? Ara ftit dan il-vidjo Inti ssibha diffiċli taħfer?
4. Kompli aqra:
Trid tkun l-imħabba ta’ Alla fina li tgħinna biex naħfru. Weħedna ma aħniex kapaċi.
5. Eżempju ċar ta’ dan kollu jagħtihulna San Ġwanni Pawlu 2. Min kien dan il-qaddis?Ara dan il-klipp San Ġwanni Pawlu II
6. Kompli aqra:
Dan il-Papa kien qed jagħmel ix-xogħol tiegħu b’ħafna mħabba lejn in-nies tad-dinja kollha. Kien fit-13 ta’ Mejju, 1981 li Ali Agca sparalu u b’xorti kbira ma mietx. Minħabba din l-isparatura l-Papa baqa jbati l-konsegwenzi sal-aħħar ta’ ħajtu.Wara żmien li għadda fl-isptar f’qagħda diffiċli, huwa ħareġ mill-isptar u wera x-xewqa li jiltaqa ma’ Ali Agca biex jaħfirlu.
7. Staqsi lilek innifsek:
Il-Papa kien bniedem bħali u bħalek. Taħseb li kienet faċli għalih li jaħfirlu? X’għenu biex jaħfer?
8. Issa aqra din:
It-tweġiba hija li ma kienx faċli imma għax kien bniedem li jitlob u jafda ħafna f’Alla l-Papa, iva wasal biex jiltaqa’ miegħu wiċċ’imbwiċċ u jaħfirlu.
9. Hija l-fidi u l-għaqda ma’ Alla li twassal lilna wkoll biex naħfru lil kull min iweġġagħna. Hija l-fidi li twassal biex inkompli nħobb lil min jagħmilli xi ħsara.
10. Jeħtieġ li nitolbu aktar lil Alla biex jgħinna nikbru f’din il-virtù (kwalita tajba) biex hekk inkun qed nimxu fuq l-eżempju ta’ Ġesù li kien dejjem lest li jaħfer lil dawk li jagħmlu l-ħażin. Il-maħfra tnissel fil-qalb tagħna ferħ li jgħinna biex ngħixu f’aktar paċi magħna nfusna u mal-oħrajn.
11. Nispiċċaw din il-lezzjoni permezz ta’ din it-talba. Prayer to forgive others
All The Resources You Need To Carry Out This Lesson At Home

There Are 1 Resources For This Lesson
63d3e610636086f6a6cd9fa69fbbc57c | Download |