What Should You Expect From This Lesson?

F’din il-lezzjoni ser naraw is-simboli kollha li jintużaw fil-Magħmudija. Ser naraw ukoll l-importanza li ngħixu l-valuri ħalli ngħixu ferħanin, kemm aħna u kemm dawk ta’ madwarna.

How To Carry Out This Lesson At Home:

1. Illum ser nibdew b’talba.
2. Issa staqsi lil min jieħu ħsiebek xi tfisser il-kelma ‘valur’ u ddiskuti miegħu din il-kelma.
3. Aqra dan bħala għajnuna biex tifhem aktar dak li għadek kif iddiskutejt: Jekk tħobb tara logħob tal-futbol jew tal-għawn fuq it-televixin, dak il-ħin li tqatta’ tara xi logħob hu ta’ valur għalik għax ma tibdlu ma’ xejn. Jekk xi ħadd li tħobb jagħtik riġal żgħir kemm hu żgħir, jekk inti tħobb il-persuna, dak ir-rigal ikunu veru għal qalbek. Għalik ikollu valur.
4. Issa ddiskuti: Taf min hu l-Papa li kien hemm qabel il-Papa Franġisku? Dan kin il-Papa Benedittu 16. Dan, darba qal: “Mingħajr il-valuri, id-dinja hi fil-periklu.” X’taħseb li ried ifisser hawnhekk bil-kelma ‘valuri’? Iddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek.
5. Aqra: Valuri huma dawk l-azzjonijiet li aħna nagħmlu li jgħinuna ngħixu sew u nħallu lill-oħrajn. Per eżempju, meta jien nagħti kas l-oħrajn, jien qiegħda nagħti importanza lill-valur tal-imħabba. Għalhekk il-Papa qiegħed jgħid li id-dinja ma tistax tgħix bla valuri. Kif tista’ d-dinja tgħix bla mħabba, bla rispett, bla għaqal, bla tagħlim. Dawn huma kollha valuri.
6. Issa se tibda taħdem il-worksheet, imma qable aqra dawn is-sentenzi:
– Bil-magħmudija, aħna nsiru aħwa ma Ġesu u wlied Alla.
– Il-Magħmudija ddaħħalna fil-familja ta’ Alla.
– Permezz tal-Magħmudja jien nista’ ngħix sew dawk il-valuri bħalma huma l-imħabba, ir-rispett, l-għajnuna, il-paċenzja, l-ubbidjenza u hekk inkun qed ngħin lil dawk ta’ madwari jgħixu huma wkoll dawn il-valuri.
– Fil-Magħmudija jiġi fina għall-ewwel darba l-Ispirtu s Santu.
– Fil-Magħmudija għandna xi simboli.
– Għandna l-blandun jiġifieri dik ix-xemgħa twila li turi li Alla qiegħed magħna u li Ġesù qam mill-mewt.
– Għandna l-ilma li jfisser l-indafa.
– Fil-Magħmudija libbsuna l-libsa l-bajda li tfakkarna fil-ħajja ġdida u sabiħa.
7. Aqra s-sentenza tal-bidu u għal Attività 1 ikteb fil-blocks dawk l-affarijiet li tgħinna nagħmlu l-Magħmudija. Tista’ tiddiskuti dan ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek.
8. Għal Attivita 2, permezz tal-informazzjoni li għadek kemm qrajt fuq, qabbel is-simbolu mas-sentenza t-tajba.
9. Għal Attività 3, aħseb ftit x’ħa titlob lill-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu s-Santu, għalkemm ma narawhx, qiegħed magħna. Tajjeb li nsellmulu u nsejħulu ta’ spiss. Meta nagħmlu s-sinjal tas-salib – Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu inkunu qed insellmu lill-Ispirtu s Santu. Ikteb it-talba lill-Ispirtu s-Santu.
10. Issa isma’ u kanta din il-kanzunetta: Lord I want to be a Christian in my heart