What Should You Expect From This Lesson?

Il-Ħila tal-Kitba - Kisba: Nikteb u nippubblika avviżi, anke bl-għajnuna ta’ stampi u/jew ritratti, ta’ madwar 50 kelma biex jinqraw quddiem udjenza. Dan ifisser li f'din il-lezzjoni se nitgħallem kif nikteb avviż bil-karatteristiċi kollha tiegħu filwaqt li nara u nifhem mudell ta' avviż u wara naħdem avviżi oħra inklużi dawk marbuta ma' stampi.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-ewwel iftaħ il-PowerPoint u segwi dak li hemm miktub pass wara pass…
fi slajd 4 għandek issib il-karatteristiċi u l-mudell ta’ avviż li huma importanti speċjalment meta tiġi biex tikteb avviż;
fi slajd 5 għandek taħriġ fil-kitba ta’ avviż li tista’ ssir jew fuq il-PowerPoint direttament inkella fuq id-dokument tal-Word mehmuż.
fi slajd 7 għandek taħriġ ta’ 4 avviżi differenti marbuta ma’ ritratti. Dan jista’ jsir jew fuq il-PowerPoint direttament (slajds 8, 9, 10 u 11) jew inkella fuq id-dokument tal-Word mehmuż.
L-avviż għandu jkun miktub bl-ittri tal-Malti (ċ – ġ – ħ – ż), irid ikun fih bejn 40 u 50 kelma u ma tiħux iktar minn 10 minuti biex tippjanah u tikbu.