What Should You Expect From This Lesson?

Linji Gwida għall-Programm tal-Metalingwa għall-Ewwel u t-Tieni Sena tal-Primarja Il-Punteġġjatura - L-Ittri Kapitali

How To Carry Out This Lesson At Home:

Din il-lezzjoni tinkludi tliet riżorsi li jinkludu 2 preżentazzjonijiet u taħriġ.

L-Ewwel Preżentazzjoni bl-isem L-Ittri Kapitali fil-Bidu ta-Sentenza se tintroduċi lill-istudenti għal waħda mill-kisbiet li jridu jintlaħqu f’din il-lezzjoni jiġifieri l-għarfien li l-ittra kapitali trid tintuża fil-bidu tas-sentenza.

It-Tieni Preżentazzjoni bl-isem Meta Nuża l-Ittri Kapitali se tfannad is-suġġett. L-għan ta’ din il-preżentazzjoni hu li l-istudenti jilħqu l-kisba li jagħrfu li l-ittra kapitali tintuża wkoll fil-bidu ta’ ismijiet ta’ nies li jieħdu ħsiebhom, ta’ annimali li jrabbu, ta’ ġugarelli li għandhom kif ukoll fl-ismijiet ta’ pajjiżi u rħula.

It-Tielet riżorsa hi taħriġ interattiv biex l-istudenti jiġu mħarrġa fil-kisbiet imsemmija.
Ikklikkja hawn biex tara dawn ir-riżorsi.