What Should You Expect From This Lesson?

F’din il-lezzjoni se neżaminaw il-5 saffi ta’ blat li nsibu fil-gżejjer Maltin, nifhmu kif issawwru u nispjegaw il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull saff.

How To Carry Out This Lesson At Home:

Il-gżejjer Maltin huma magħmulin kollha kemm huma minn blat sedimentarju li ssawwar taħt il-Baħar Tethys miljuni ta’ snin ilu. Il-blat ta’ Malta beda jifforma madwar 25 miljun sena ilu u huwa magħmul minn għadd kbir ta’ sediment jew naqal flimkien ma’ fdalijiet ta’ ħlejjaq tal-baħar. Madwar ħmistax-il miljun sena ilu ċaqliċ tettoniku qawwi refa’ s-sediment li kien hemm f’qiegħ il-baħar, u l-gżejjer Maltin feġġew fil-wiċċ.

Ara dawn iż-żewġ videos biex tifhem aħjar kif jifforma l-blat sedimentarjutal-gżejjer Maltin.

https://www.youtube.com/watch?v=04a_32NuYqs
https://www.youtube.com/watch?v=SuNfbEDMOQs

Wara li rajt il-videos spjega kif ifforma l-blat sedimentarju miljuni ta’ snin ilu fil-qiegħ tal-baħar Tethys.

Aqra il-paġni tal-ktieb Id-Dinja Darna 2, paġni 79 sa 91, biex tifhem aħjar il-karatteristiċi ewlenin tal-ħames saffi ta’ blat li nsibu fil-gżejjer Maltin.
Agħmel kopja fuq karta A3 tad-disinn li jġib l-isem Saffi ta’ blat li jinsab fit-taqsima tar-riżorsi skont il-kuluri murija.

• ikteb l-isem ta’ kull saff ta’ blat fuq jew ħdejn id-disinn;
• aqsam is-saff tal-globiġerina fi tlieta u jagħtu l-isem għal kull diviżjoni;
• ħdejn kull saff ikteb jekk hux poruż, permeabbli jew impermeabbli;
• ħdejn is-saff li huwa impermeabbli ikteb fil-qosor l-importanza ta’ dan is-saff.

Liema hu l-eqdem saff ta’ blat li nsibu fil-gżejjer Maltin? Għaliex taħseb hekk?

Is-saffi ta’ blat li nsibu f’pajjiżna jvarjaw wieħed mill-ieħor f’għadd ta’ karatteristiċi. Ara jirnexxilekx tagħraf it-tip ta’ blat bl-għajnuna tal-ħjiel mogħti. Ikteb l-isem wara kull sentenza.

• blat imrammel ta’ lewn oranġjo
• l-eqdem saff ta’ blat li nsibu fil-gżejjer Maltin
• l-aħħar saff ta’ blat li fforma fil-qiegħ tal-baħar
• blat poruż iżda impermeabbli
• jifforma sisien u rdumijiet massivi mal-baħar
• jinsab fil-wiċċ ta’ 70% tal-gżejjer Maltin
• blat impermeabbli li fuqu jinħażen l-ilma
• saff ta’ blat magħmul minn ħafna fdalijiet ta’ algi korallini
• jifforma wesgħat kbar mimlija ħofor, toqob, xquq u xfar
• blat artab li jinsab fuq it-tafli
• dan is-saff fih tliet saffi sekondarji

Ħares sewwa lejn l-istampa bl-isem Blat ta’ Malta 1 li tinsab fit-taqsima tar-riżorsi. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

• Liema tip ta’ blat jidher fl-istampa?
• Bl-għajnuna tal-Mappa Geoloġika ta’ Malta li tinsab fit-taqsima tar-riżorsi semmi xi nħawi f’pajjiżna fejn dan il-blat jinsab fil-wiċċ.
• Iddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin ta’ dan it-tip ta’ blat.
• Spjega kif dan il-blat kellu l-bidu tiegħu.

Ħares lejn l-istampa bl-isem Blat ta’ Malta 2 li tinsab fit-taqsima tar-riżorsi u wara wieġeb dawn il-mistoqsijiet.
• X’jissejjaħ il-blat li jidher fl-istampa?
• X’inhi l-importanza ta’ dan is-saff ta’ blat f’pajjiżna?
• Bl-għajnuna tal-Mappa Geoloġika ta’ Malta li tinsab fit-taqsima tar-riżorsi semmi xi nħawi f’pajjiżna fejn dan il-blat jinsab fil-wiċċ.
• Is-saff ta’ blat li jidher fl-istampa huwa (poruż, permeabbli, impermeabbli). Agħażel it-tajbin.

Ħares lejn l-istampa bl-isem Blat ta’ Malta 3 li tinsab fit-taqsima tar-riżorsi u wara wieġeb dawn il-mistoqsijiet.
• Mil-liema saff ta’ blat inqatgħet din il-blata kbira?

Għid jekk dan it-tagħrif dwar dan it-tip ta’ blat huwiex minnu jew le.
• Dan il-blat jitfarrak malajr
• Blatiet kbar minn dan is-saff jinqatgħu minn mas-sies u jitgerrbu għal isfel.
• Blat impermeabbli li ma jħallix l-ilma jibqa’ nieżel ’l isfel.
• Blat iebes li ma jitfarrakx kif ġieb u ħaħaq.
• Dan il-blat issawwar fil-qiegħ tal-Baħar Tethys.
• Saff ta’ blat li fih ħafna fossili ta’ ħlejjaq tal-baħar.
• Dan is-saff jinsab fil-wiċċ fuq meded kbar ta’ pajjiżna.

Ħares lejn l-istampa bl-isem Blat ta’ Malta 4 li tinsab fit-taqsima tar-riżorsi u wara wieġeb dawn il-mistoqsijiet.
• X’jissejjaħ is-saff ta’ blat li jidher fl-i stampa?
• F’kemm-il diviżjoni jinqasam dan is-saff ta’ blat?
• X’jissejjaħ kull saff sekondarju?
• X’insibu jifred saff minn ieħor?
• Liema minn dawn is-saffi jintuża għall-bini?