

Joanne Mifsud

December 16, 2020

9:35 pm
This Lesson Was Contributed By:
Anna Abela, Ritianne Caruana, Marilyn Galea. Kindergarten Educators
This Lesson is For:
Lesson Duration:
90 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
It-tfal ħa jitgħallmu fuq il-bebbuxu fejn jgħix, x’jiekol u kif jimxi.
How To Carry Out This Lesson At Home:
Opportunita ta’ Tagħlim 1 :
Bebbux bl-għaġina biex tilgħab u ċagħaq :
Ingredjenti għall-għaġina :
• 2 tazzi dqiq.
• 3/4 ta’ tazza melħ.
• 4 kuċċarini cream of tartar.
• 2 tazzi ilma sħun.
• 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
• Kulur tal-Ikel
Sajjar l-għaġina fuq nar baxx
1. Fittex ftit ċagħaq minn fejn il-baħar.
2. It- tfal ipinġu iċ-ċagħaq kif iridu.
3. Poġġu ċ-ċagħaq fuq biċċa għaġina biex tiġi forma ta’ bebbux.
4. Waħħal 2 għajnejn jiċċaqalqu fuq l- għaġina.
Opportunita ta’ Tagħlim 2 :
Bebbuxu magħmul minn platt tal-karti
Għal din l-attivita’ għandek bżonn:
• Platt tal-karti
• Kartonċina jew karta
• ‘Googly eye’
• ‘Pipe cleaner’
• Ftit żebgħa
• Kuluri
• Kolla
• Imqass
Metodu:
1. Agħżlu kulur ta’ żebgħa li tixtiequ tagħmlu l-bebbuxu u izbgħu l-platt tal-karti u stennewh jinxef
2. Bl-għajnuna ta’ xi ħadd adult, it- tfal iridu jaqtghu forma t’ovali għall-wiċċ il-bebbuxu u jagħtuh il-kulur li jridu
3. Waħħlu l-platt tal-karti mal-wiċċ li qtajtu għall- bebbuxu
4. Waħħlu ‘googly eye’ u żewġ ‘pipe cleaners’
5. Tistgħu tiddekoraw il-bebbuxu kif tridu. Tistgħu tagħmlu xi tikek jew linji biż-żebgħa.
Opportunita ta’ Tagħlim 3 :
Bebbuxu bil-‘peanut butter’ u t-tuffieħ.
Għal din l-attivita’ għandek bżonn:
• Żewg stikek tal-karfus ftit ħoxnin,
• Nofs tazza ‘peanut butter’,
• Tliet dawriet tat-tuffieħ maqsuma min-nofs,
• Erba’ stikek tal-‘pretzel’ maqsuma f’terzi,
• Tnax-il biċċa taċ-ċikkulata.
Metodu:
1. Aqta’ l-karfusa fi tliet biċċiet u imla n-nofs bil-‘peanut butter’.
2. Poġġi l-bqija tal-‘peanut butter’ ġo borża u aqta’ kantuniera żgħira biex tagħmel toqba.
3. Agħmel żewġ linji bil-‘peanut butter’ fuq kull naħa tat-tuffieħ u poġġi t-tuffieħ fin-nofs tal-karfusa.
4. Poġġi żewġ biċċiet ċikkulata għall-għajnejn u żewġ biċċiet stikek tal-‘pretzel’ għall-antennas tal-bebbuxu.
All The Resources You Need To Carry Out This Lesson At Home


There Are 5 Resources For This Lesson
Il-Bebbuxu-Mind-Map | Download |
il-bebbuxu-powerpoint-1 | Download |
Project-Plan-Il-Bebbuxu | Download |
il-bebbuxu | Download |
Rakkomandazzjonijiet-gC4A7all-C4A1enituri-jew-gwardjani | Download |