What Should You Expect From This Lesson?

F’din il-lezzjoni se neżaminaw kif speċi barranin magħrufa wkoll bħala speċi aljen jistgħu jheddu l-ambjent naturali u l-biodiversità ta’ pajjiżna. Se naraw wkoll x’nistgħu nagħmlu biex inwaqqfu dawn l-ispeċi milli jidħlu u jinxterrdu f'pajjiżna.

How To Carry Out This Lesson At Home:

Araw dawn iż-żewġ videos dwar batterju msejjaħ Xylella Fastidiosa.


Issa għamel ftit riċerka dwar ix-Xylella Fastidiosa li jattakka s-siġar u jista’ jeqred s-sistema agrikola Maltija.
Fir-riċerka tiegħek
• semmi kif jiġi trasmess dan il-batterju, x’jiġrilhom is-siġar jekk jiġu attakkati minn dan il-batterju;
• x’tipi ta’ siġar jiġu attakkati;
• semmi pajjiżi fejn dan il-batterju diġà qered ħafna siġar;
• x’jista’ jsir biex nevitaw li dan il-batterju jidħol f’Malta u
• x’inhuma r-riskji jekk dan il-batterju jidħol f’pajjiżna.

Speċi barranin kif rajna jistgħu jiddaħħlu bi żball. Aqra paġni 69 u 79 tal-ktieb Id-Dinja Darna 3 u ara l-video

dwar il-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm li għamel ħsara kbira f’pajjiżna.
• Sib stampa tal-Bumqar l-Aħmar tal-Palm u taħtha ikteb ftit tagħrif dwar dan l-insett bħall- karatteristiċi tiegħu, fejn oriġina, fejn u kif infirex, kif jattakka s-siġar u l-qerda li ġab miegħu.