

Marita Muscat

April 24, 2020

2:40 pm
This Lesson Was Contributed By:
Marita Muscat Xerri
This Lesson is For:
Lesson Duration:
60 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
F’din il-lezzjoni se nitgħallmu fuq il-qxur tettoniċi u se neżaminaw kif il-kurrenti konvezzjonali għandhom il-qawwa li jċaqalqu dawn il-qxur tettoniċi.
How To Carry Out This Lesson At Home:
Il-qoxra tad-dinja qegħda kontinwament tiċċaqlaq bi proċessi tettoniċi li jwasslu għall-formazzjoni ta’ vulkani, muntanji u terremoti. Din il-qoxra tad-dinja hija maqsuma f’biċċiet kbar jew blokki massivi li jissejħu qxur tettoniċi.
Ara dan il-filmat biex tifhem aħjar x’inhuma qxur tettoniċi.
Dawn il-qxur tettoniċi qedgħin kontinwament jiċċaqalqu f’direzzjonijiet differenti minħabba li huma jistrieħu fuq il-mantell tad-dinja. Hawn, is-sħana qawwija toħloq kurrenti ċirkulari imsejjħa kurrenti konvezzjonali li jġegħlu lill- qxur tettoniċi jiċċaqalqu bil-mod.
Ara dan il-video qasir biex tifhem aħjar x’inhuma kurrenti konvezzjonali u kif dawn jikkawżaw il-qxur tettoniċi biex jiċċaqalqu.
S’issa fhimna li l-qoxra tad-dinja hija maqsuma fi qxur tettoniċi u li dawn jiċċaqalqu ħabba l-kurrenti konvezzjonali ġol-mantell tad-dinja. Issa ħa neżaminaw jekk hemmx raġuni għalfejn, vulkani u terremoti huma aktar komuni f’ċertu inħawi tad-dinja minn oħrajn.
Aħseb ftit:
Liema pajjiżi jintlaqtu minn terremoti ta’ spiss?
Taf issemmi xi vulkani u tara fejn qedgħin fuq mappa tad-dinja?
Ara dan il-video li ġej fejn jispjega x-xebh li jeżisti bejn il-pożizzjoni tax-xfar tal-qxur tettoniċi, il-vulkani u l-epiċentri tat-terremoti.
Issa li għandek dan it-tagħrif, aħdem il-karta Il-qxur tettoniċi u l-kurrenti konvezzjonali WS. (tista’ issibha taħt riżorsi). Tista’ tirreferi ukoll għall-ktieb Id-Dinja Darna 2 paġni 129-130
Wara tista’ tiċċekkja xogħlok billi tħares lejn Il-qxur tettoniċi u l-kurrenti konvezzjonali ANS. (tista’ issibha taħt riżorsi)