What Should You Expect From This Lesson?

It-tfal se jitħarrġu fil-ħila tal-qari fejn permezz tas-silta pprovduta, it-tfal se jidraw jaqraw b'kunfidenza filwaqt li jisiltu t-tagħrif meħtieġ biex jirrispondu mistoqsijiet dwar silta li tipprovdi wkoll attivitajiet ta' kitba li huma l-kitba ta' djalogu u l-kitba ta' istruzzjonijiet.

How To Carry Out This Lesson At Home:

Is-silta għandha tinqara mgħajta. Għandhom jiġu diskussi l-karattri, l-istorja u t-tmiem tagħha kif ukoll ċertu espressjonijiet u vokabularju mat-tfal.
Wara t-tfal jingħataw iċ-ċans biex jirrispondu l-mistoqsijiet.
Wieħed għandu juri l-importanza tar-referenza li t-tfal għandhom jagħmlu għas-silta fejn hemm xi dubju dwar xi risposta jew f’xi dubju fl-ortografija.
Marbut ma’ dan it-taħriġ il-fehem hemm attivitajiet ta’ kitba; il-kitba ta’ djalogu u l-kitba ta’ istruzzjonijiet.
L-attività tal-kitba ta’ djalogu trid issir wara t-taħriġ il-fehem għax marbuta mas-silta.
L-attività tal-kitba ta’ istruzzjonijiet tista’ ssir f’lezzjoni għaliha.

Agħfas hawn għar-riżorsa .

Iftaħ id-dokument tat-tweġibiet u qabbel mat- tweġibiet tiegħek tat-Taħriġ il-Fehem.

Għal aktar riżorsi żur is-sit: malti.skola.edu.mt