What Should You Expect From This Lesson?

It-tfal se jitħarrġu fil-ħila tal-qari fejn permezz tas-silta pprovduta se jidraw jaqraw bis-sens u b'kunfidenza filwaqt li jisiltu t-tagħrif meħtieġ biex jirrispondu mistoqsijiet dwar silta li tipprovdi wkoll aspetti varji tal-metalingwa f'kuntest.

How To Carry Out This Lesson At Home:

1. Qassam kopja tas-silta bl-isem Logħba Noli.
2. Qabbad lil xi tfal biex jaqraw is-silta lill-klassi. Waqt jew wara l-qari, iddiskuti l-karattri, l-istorja u t-tmiem tagħha. Iddiskuti wkoll xi espressjonijiet kif ukoll il-vokabularju.
3. Agħti ċans lit-tfal sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet dwar is-silta. Enfasizza l-importanza tar-referenza għat-test li t-tfal għandhom jagħmlu waqt li qed iwieġbu l-mistoqsijiet sabiex jitnaqqsu ċertu żbalji li jistgħu jiġu evitati.
4. It-taħriġ marbut mal-grammatika jista’ jingħata bħala xogħol għad-dar.

Ikklikkja din il-ħolqa sabiex tkun tista’ tniżżel is-silta.
Għal aktar riżorsi żur is-sit: malti.skola.edu.mt