

Kathleen Bonello

April 24, 2020

11:23 pm
This Lesson Was Contributed By:
Kathleen Bonello
This Lesson is For:
Lesson Duration:
50 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
F’din il-lezzjoni ser naraw parabbola sabiħa li qal Ġesù - il-parabbola tal-Iben il-Ħali. Ser naraw ix-xebh li hemm bejn il- karattri tal-istorja, Alla u l-bnedmin. Din tgħallimna li meta nagħmlu dak li hu ħażin, għandna nitolbu skuża lil min inkunu nqasnieh. Allura, anke meta nonqsu lil Alla, għandna nitolbuh skuża. Alla żgur li jaħfrilna. L-aqwa li jiddispjaċina u li nippruvaw ma nagħmlux hekk darba oħra.
How To Carry Out This Lesson At Home:
1. Illum ser naraw storja sabiħa li rrakkonta Ġesù. Din hi l-Parabbola tal-Iben il-Ħali.
2. Ara wieħed minn dawn il-videos. Kollha huma sbieħ.
• Prodigal Son Story
• The Prodigal Son
• Two Sons and a Father
3. Ara l-Powerpoint tal-Iben il-Ħali.
4. Ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek wieġeb dawn il-mistoqsijiet: taqsi dawn il-mistoqsijiet:
• Kif ħassu l-missier meta t-tifel qallu li se jitlaq mid-dar?
• X’ħaseb it-tifel iż-żgħir meta ddeċieda li jitlaq?
• Kif taħseb li kien iħossu l-missier f’dak iż-żmien li t-tifel tiegħu ma kienx id-dar?
• Kif beda jħossu t-tifel li telaq mid-dar meta spiċċawlu l-flus kollha?
• Taħseb li kieku int kont flok il-missier kont taħfirlu wkoll?
• Taħseb li kieku int tagħmel bħall-Iben il-Ħali il-ġenituri tiegħek taħseb li jaħfrulek ukoll?
5. Ikkonkludi: Mela jekk kulħadd jaħfrilhom lit-tfal tiegħu meta
jagħmlu żball, kemm aktar jaħfrilna Alla l-Missier
li hu perfett u qalbu tajba ħafna magħna!
6. Sib il-worksheet 3.4. Aqra l-ewwel sentenza. Imbagħad agħmel Attività 1 billi tagħżel it-tweġiba t-tajba.
7. F’Attività 2 agħmel is-sentenzi wara xulxin biex tifforma l-parabbola li rajna llum.
8. F’Attività 3, sib il-pati tas-sentanza t-tajba.
9. Iddiskuti ma’ min qiegħed jgħinek l-Attività ta’ Sam u Tara. Kemm hu sabiħ li taħseb fl-oħrajn!
10. Jekk trid, tista’ tieħu l-mudell (it-template) u ma’ min qiegħed jgħinek taħdem il-krafts li għandek ma’ din il-lezzjoni.